Għadma miksura Broken bone

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal GĦADMA MIKSURA għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GĦADMA. Id tieħu l-forma ta’ 1 ikkurvat u jimxi dritt fuq id-driegħ l-ieħor mill-minkeb sal-polz. Imbagħad, l-id tifforma ponn u tagħti daqqtejn ’l isfel fuq id-driegħ. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KISER. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’l isfel u jmissu ma’ xulxin. L-idejn iduru lura u ’isfel biex il-pala ta’ id tiġi tħares lejn l-oħra.

The sign for BROKEN BONE has two parts. (i) First the sign for BONE is made. One hand takes the shape of curved 1 and moves over the other arm from elbow to wrist. Then, the hand forms a fist and strikes the arm twice. (ii) Then the sign for BREAK is made. Both hands form a fist touching in the middle and with palms facing downwards. The hands turn back and downwards so that the palms face each other.